Signet REMS
SERVICE
SERVICE

Politika dwar il-privatezza

Inti tista' tuża s-sit elettroniku tagħna mingħajr ma tipprovdi informazzjoni personali. Aħna niġbru u naħżnu biss l-informazzjoni li jagħtina l-browser tiegħek (tip u verżjoni ta' browser, sistema operattiva użata, il-paġna li tkun żort qabel, l-indirizz IP, il-ħin tal-aċċess). Din l-informazzjoni ma tintrabatx ma' persuni speċifiċi. Aħna ma ngħaqqdux din l-informazzjoni ma' sorsi oħra ta' informazzjoni. Din l-informazzjoni tintuża biss b'mod anonimu għal skopijiet ta' statistika. Barra minn hekk, niġbru biss dik l-informazzjoni personali mdaħħla volontarjament mill-utenti tas-sit elettroniku tagħna, bħal pereżempju fil-formola ta' kuntatt mibgħuta jew fil-kuntest ta' reġistrazzjoni online għal servizzi addizzjonali. Aħna naħżnu u nużaw tali informazzjoni f'konformità mal-liġijiet applikabbli (b'mod partikolari l-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-Att Federali dwar il-Medja Televiżiva) għat-twettiq tal-għan mixtieq biss. L-istess japplika jekk u sakemm niġu meħtieġa li ngħaddu informazzjoni personali li tkun tajtna sabiex inwettqu l-għan mixtieq assenjat (eż. lill-kumpaniji postali meta jitolbu katalgi jew liċ-ċentri tas-servizz għall-klijent REMS, awtorizzati minna għall-forniment ta' servizzi ta' garanzija u tiswijiet). Kull ħażna oħra jew użu ieħor tal-informazzjoni personali titwettaq biss bil-kunsens espress tal-utent, li jista' jiġi rrevokat fi kwalunkwe ħin. Fi kwalunkwe ħin għandek id-dritt għall-informazzjoni. Tista’ tistaqsi dwar id-dejta personali tiegħek fi kwalunkwe ħin mingħajr ħlas. Dan japplika wkoll biex tissospendi, taġġusta jew tikkanċella l-kont tiegħek. Nippreċiżaw il-fatt li anki l-aċċess mhux awtorizzat ta' terzi persuni ma jistax jiġi eskluż fil-każ ta' trasmissjonijiet mhux ikkodifikati ta' informazzjoni personali.

Dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta tista' tikkuntattja lill-persuna li inkarigajna biex tieħu ħsieb ta' dan il-qasam. Din il-persuna tista' tiġi kkuntattjata kif ġej:
Posta elettronika: dataprivacy@rems.de, telefown: +49 7151 1707-0, indirizz postali: REMS GmbH & Co KG, Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data, Stuttgarter Str. 83, 71332 Waiblingen, il Ġermanja

Cookies

Biex intejbu l-użabbiltà tal-paġni elettroniċi tagħna, aħna nużaw il-"cookies". Dawn huma fajls żgħar li jiġu maħżuna fil-hard disk tiegħek. Jekk għandek xi oġġezzjonijiet kontra l-użu ta' "cookies", tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tal-browser tiegħek.

Medja soċjali

Inti għandek l-opportunità li taqsam ma' ħaddieħor jew tirrakkomanda ("like") l-kontenut tas-sit elettroniku tagħna fin-netwerks soċjali Facebook, Twitter jew Google+, u li tara filmati li nkunu poġġejna fil-portal tal-videos YouTube. L-użu rilevanti ta' tali servizzi minn partijiet terzi jitwettaq volontarjament minnek. Dan jista' speċjalment iwassal għat-trasmissjoni tal-indirizz IP tiegħek u/jew ta' informazzjoni personali tiegħek lill-operaturi ta' dawn is-servizzi jew lil persuni terzi. Jekk jogħġbok innota l-politika dwar il-privatezza u r-regolamenti tal-operaturi ta' dawn is-servizzi. Dawn tista' ssibhom fl-indirizzi tal-Internet li ġejjin:

http://de-de.facebook.com/about/privacy/ (Facebook)

https://twitter.com/privacy (Twitter)

http://www.google.de/intl/de/policies/privacy/ (YouTube/Google)